Sewwieq ta’ mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqt minn karozza kmieni dalgħodu f’Birżebbuġa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-07:00 fi Triq Għar Dalam, meta Ford Fiesta misjuqa minn raġel ta’ 63 sema miż-Żejtun laqtet mutur tat-tip Honda misjuqa mill-vittma li għandu 43 sena u huwa mill-Bulgarija.
Fuq il-post issejħet ambulanza biex tieħu lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.