Sewwieq ta’ mutur, li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa, ittieħed l-isptar Mater Dei, wara li kien involut f’ħabta ma’ karozza, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ nazzjonalità Taljana.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2:35 ta’ waranofsinhar, fi Triq Sant’Andrija, Pembroke.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-membri tal-Pulizija u tim mediku.
Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhux magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.