Sewwieq ta’ mutur ta’ tmienja u għoxrin sena ittieħed l-isptar wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Marsa, liema sewwieq ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2:20pm fil-Bypass tal-Marsa-Ħamrun meta għal xi raġuni seħħ impatt bejn karozza u mutur bil-konsegwenza li l-mutur tkaxkar.
Fuq il-post issejħu l-Pulizija, fejn skont stħarriġ preliminari, irriżulta li l-ħabta seħħet bejn il-mutur, karozza tat-tip Mazda Demio misjuqa minn raġel ta’ dsatax –il sena, u trakk misjuq minn raġel ta’ wieħed u ħamsin sena.
Għal xi ħin ingħalqu żewġ karreġġjati direzzjoni lejn Raħal Ġdid, b’uffiċjal fuq il-post jidderieġi t-traffiku.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, u l-Maġistrat Nadine Lia fetħet inkjesta dwar dan il-każ.