Sewwieq ta’ mutur indarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Tal-Pietà.L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:00 ta’ dalgħodu fi Triq St. Lukes f’Tal-Pietà meta mutur tat-tip Honda misjuq minn raġel ta’ 68 sena residenti s-Siġġiewi kellu impatt ma’ vettura tat-tip Peugeot misjuqa minn raġel ta’ 58 sena residenti Ħal-Kirkop.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei.
Hu ġie ċċerifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.