Raġel ta’ 42 sena ndarab gravi wara inċident bil-mutur f’San Pawl il-Baħar.
Il-każ seħħ dalgħodu, għall-ħabta tas-sebgħa u nofs fi Triq San Pawl il-Baħar, San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li żewġ muturi, tal-għamla Kawasaki laqtu lil xulxin bil-konsegwenza li wieħed minnhom waqa’. Wieħed mis-sewwieqa, raġel 42 sena residenti n-Naxxar sofra ġrieħi gravi, filwaqt li l-ieħor li għandu 61 sena u residenti l-Imsida ma weġġax.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku fuq il-post u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.