Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:00 ta’ dalgħodu fi triq il-Pijunieri f’San Pawl il-Baħar meta vettura tat-tip Hyundai kellha impatt ma’ mutur bi tliet roti misjuq minn raġel ta’ nazzjonalità Ingliża residenti l-Qawra.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar Mater Dei.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.