Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei bi ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku.L-inċident seħħ għall-ħabta tat-07:45 ta’ dalgħodu fi Triq il-Marina, Sa Maison, il-Pietà, meta Peugeot 206, misjuqa minn raġel ta’ 24 sena residenti n-Naxxar, u Toyota Vitz mijsuqa minn raġel ta’ 33 sena residenti n-Naxxar ħabtu ma’ mutur Daelim, misjuq minn raġel ta’ 53 sena, residenti l-Imsida.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ġadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, u parti mit-triq tinsab magħluqa għat-traffiku.