17:30: Is-sewwieq qed isofri minn ġrieħi gravi.
Aktar qabel: Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ fi triq l-Ibraġġ, is-Swieqi għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar meta għal xi raġuni seħħ impatt bejn mutur tat-tip Honda Cb misjuq minn raġel ta’ disgħa u ħamsin sena minn tas-Sliema u karozza tat-tip Opel Corsa misjuqa minn Taljan ta’ tletin sena residenti n-Naxxar.
Fuq il-post issejħu l-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili biex jassistu lis-sewwieq tal-mutur li sa issa l-kundizzjoni tiegħu għadha mhijiex magħrufa.