Belġjan ta’ 36 sena minn Wied il-Għajn indarab gravi f’inċident bil-mutur fil-Mellieħa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħodu fi Triq il-Marfa, il-Mellieħa.
Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-vittma tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq, tat-tip Benelli, u ħabat f’ħajt.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.