Kroat iddaħħal l-Isptar Mater Dei wara li kmieni dalgħodu waqa’ bil-mutur tiegħu fi Triq Nazzjonali l-Ħamrun.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3:00 ta’ dalgħodu meta għal xi raġuni l-Kroat tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq bil-konsegwenza li waqa’ minn fuqu.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lis-sewwieq l-isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.