Raġel ta’ 30 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku t-Tlieta filgħodu f’Santa Venera. Il-Pulizija qalet li l-inċident seħ għall-ħabta tad-disgħa neqsin għaxra fi Triq Reġjonali meta seħħet ħabta bejn mutur tal-għamla Kawasaki misjuq mill-vittma u karozza Citroen misjuqa minn mara ta’ 32 sena min-Naxxar.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u iktar ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrtat tal-Għassa li ħatret bosta esperti biex jassistuha fl-inkjesta.