Sewwieq ta’ mutur indarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Luqa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-14:10 mar-roundabout fi triq San Tumas f’Ħal Luqa meta mutur tat-tip Yamaha misjuq minn raġel ta’ 48 sena residenti l-Fgura kellu impatt ma’ vettura tat-tip Honda Fit misjuq minn tfajla ta’ 23 sena residenti Ħal Qormi.Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar Mater Dei biex jingħata l-kura neċessarja.
Hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.