Ġuvni ta’ 18-il sena residenti ż-Żurrieq ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura wara inċident stradali f’Triq il-Kunsill tal-Ewropa, Ħal Luqa. Is-sewwieq tal-mutur ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-09.00, minn stħarriġ preliminari rriżulta li meta l-karozza tat-tip Toyota Yaris waqfet biex jaqsmu xi nies, għal xi raġuni seħħ impatt bejn il-mutur u l-karozza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.