Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-isptar wara li kien involut f’inċident ma’ xarabank f’Ħal Qormi.
L-inċident seħħ waranofsinhar fi Triq l-Iljun f’Ħal Qormi meta mutur li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 34 sena residenti Ħaż-Żabbar ħabat ma’ xarabank misjuqa minn raġel ta’ 34 sena mill-Maċedonja.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.