Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-isptar Mater Dei biex jingħata l-kura wara inċident fi Triq Dun Karm, Birkirkara.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-13:00 meta għal xi raġuni kien hemm ħabta bejn mutur Yamaha u vann Toyota light Ace. Il-vann kien qed jiġi misjuq minn raġel ta’ 33 sena residenti Birkirkara filwaqt li l-mutur kien qed jinstaq minn raġel ta’ 36 sena residenti s-Swieqi.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq l-isptar.
Is-sewwieq tal-mutur ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.