Sewwieq ta’ mutur ddaħħal l-isptar għall-kura wara li kien involut f’ħabta ma’ minibus. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-6:30am fi Triq Luqa f’Ħal Qormi.
Fuq il-post issejħet ambulanza b’ tim mediku mill-isptar Mater Dei li taw kura medika lis-sewwieq tal-mutur sakemm ttieħed l-isptar permezz ta’ ambulanza.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Kawża tal-inċident parti minn din it-triq kellha tingħalaq għat-traffiku. Fuq il-post hemm ukoll uffiċjali ta’ Transport Malta li qed jassistu l-immaniġġjar tat-traffiku li nġema’ kawża tal-inċident.