Raġel ta’ 30 sena li jgħix l-Imġarr weġġa’ gravi wara ħabta bejn mutur u karozza f’Pembroke.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ waranofsinhar fi Triq Burma.
Immedjatament fuq il-post marru l-Pulizija, fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-ħabta seħħet bejn il-mutur misjuq mill-vittma u karozza misjuqa minn mara ta’ 20 sena minn Ħal Għargħur.
Iż-żewġ persuni ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei. Ir-raġel ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi, waqt li l-mara weġgħet ħafif.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.