Sewwieq ta’ mutur ta’ 26 sena minn Raħal Ġdid weġġa’ gravi wara ħabta ma’ karozza fl-Imsida.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta ta’ dalgħodu fi Triq il-Wied tal-Imsida.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marru l-Pulizija, li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 59 sena mill-Qrendi u mutur misjuqa mill-vittma.
Mar ukoll tim mediku, li ħa s-sewwieq tal-mutur l-isptar.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.