Sewwieq ta’ mutur ta’ 33 sena minn San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi wara ħabta bejn karozza u mutur.
Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-sitta, fil-Bypass tal-Imrieħel, f’Birkirkara.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post, fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza, misjqa minn żagħżugħ ta’ 19-il sena minn Birkirkara stess, u mutur, misjuq mill-vittma.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei, waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.