F’inċident li seħħ fil-by pass tal-Imrieħel għall-ħabta tal-17.35 tal-lum, jidher li sewwieq tal-mutur baqa’ dieħel ġo karozza li kienet qed iddur għan-naħa l-oħra tat-triq.
Ir-raġel li kien qed isuq il-mutur ittieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza iżda l-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.
Madanakollu, jidher li ma jinsabx fil periklu tal mewt. Aktar dettalji malli jaslulna.