Sewwieq ta’ mutur ta’ 42 sena mir-Rabat ittieħed l-isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fir-Rabat stess.
Il-każ-seħħ għall-ħabta tas7:30 ta’ dalgħodu fi Triq Ġorġ Borg Olivier fir-Rabat meta karozza tat-tip Renault misjuqa minn mara ta’ 33 sena mir-Rabat ħabtet ma’ mutur tat-tip Peugeot misjuq mir-raġel.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lis-sewwieq ta’ mutur l-isptar għall-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.