Sewwieq ta’ mutur ħelisha ħafif wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mosta.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:15 fi Vjal l-Indipendenza fil-Mosta meta mutur tat-tip Honda misjuq minn ġuvni ta’ 24 sena residenti Ħal Kirkop kellu impatt ma’ vettura tat-tip Daihatsu misjuqa minn raġel Ingliż ta’ 46 sena residenti s-Siġġiewi.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lix-xufier tal-mutur l-isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.