Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-Isptar għall-kura wara ħabta ma’ karozza fil-Fgura.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-18:00 meta karozza tat-tip Peugeot 307 misjuqa minn raġel ta’ 28 sena mill-Fgura ħabtet ma’ mutur misjuq mill-vittma, li għandu 34 sena mill-Olanda.
Huwa ttieħed l-Isptar għall-kura, iżda l-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.