Tfajla ta’ 20 sena residenti l-Ħamrun ittieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura wara inċident fi Triq Fleur-de-Lys.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-16:00, minn stħarriġ preliminari rriżulta li kien seħħ impatt bejn il-mutur u l-karozza meta kienu qed iduru mar-roundabout. Il-mutur tat-tip Yamaha kien qed jinstaq mit-tfajla ta’ 20 sena filwaqt li l-karozza Toyota Vitz kienet misjuqa minn tfajla ta’ 22 sena residenti Ħal Qormi.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet is-sewwieq tal-mutur l-isptar għall-kura.
Il-kundizzjoni tagħha għadha mhux magħrufa.
Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ.