Raġel ta’ 48 sena residenti San Ġiljan ittieħed l-isptar għall-kura wara inċident fiż-żona ta’ Ħaġar Qim. L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 9.50am.
Ir-raġel kien qed isuq mutur tat-tip Yamaha meta għal xi raġuni seħħ impatt ma karozza tat-tip Sportage li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 59 sena residenti ż-Żurrieq.
Il-kundizzjoni tar-raġel għad mhux magħrufa.