Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura wara ħabta ma’ karozza. L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 19.00 fi Triq it-Tromba, l-Marsa.
Il-kundizzjoni u l-identitá tar-raġel għadha mhux magħrufa.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.