Inċident tat-traffiku wassal biex sewwieq ta’ mutur iddaħħal l-isptar isofri minn ġrieħi gravi u iktar tard kien iċċertifikat fil-periklu tal-mewt.
L-inċident seħħ ftit qabel it-tmienja ta’ dalgħodu f’Bir id-Deheb f’Ħal Għaxaq meta mutur li kien qed jinstaq lejn Birżebbuġa dar biex jidħol għal pompa tal-petrol u kellu impatt ma’ karozza li kienet qed tinstaq mid-direzzjoni opposta. Ix-xufier tal-mutur għandu 72 sena.