Sewwieq ta’ mutur ta’ 43 sena residenti Marsaxlokk qed isofri minn ġrieħi serji wara li kien involut f’inċident tat-traffiku matul il-lejl li għadda.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa neqsin għoxrin ta’ dalgħodu fi Vjal l-Avjazzjoni fil-Gudja.
Ir-raġel tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u waqa’. Il-mutur kien qed jinstaq fid-direzzjoni lejn Ħal Far meta seħħ l-inċident.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.