Ġuvni ta’ 25 sena residenti Ħal Tarxien, qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident fi Triq Ħal Tarxien, kantuniera ma’ Triq Sant’Andrija, Raħal Ġdid.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 16.30p.m, minn stħarriġ preliminari rriżulta li kien għadu kemm seħħ impatt bejn vettura tat-tip BMW misjuqa minn raġel ta’ 43 sena residenti ż-Żejtun, u mutur tat-tip Suzuki misjuq minn ġuvni ta’ 25 sena residenti Ħal Tarxien.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.