Raġel ta’ 46 sena mix-Xagħra, Għawdex ittieħed l-isptar għal aktar kura, wara li ħabat bil-mutur li kien qed isuq ma’ karozza tal-għamla BMW, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 29 sena mill-Mosta.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5:30 ta’ waranofsinhar, fi Vjal il-21 ta’ Settembru fin-Naxxar.
Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhux magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.