Sewwieq ta’ mutur ta’ 71 sena minn Ħal Luqa ttieħed l-isptar wara li karozza, li baqgħet sejra minn fuq il-post, laqtet il-mutur li kien qed isuq l-anzjan.
Il-każ seħħ il-Ħadd għal ħabta tas-7:30 ta’ filgħodu, fi Triq il-Vittmi tal-Gwerra f’Ħal Luqa.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija biex tistabilixxi l-għamla tal-vettura li laqgħtet lill-anzjan, għadhom għaddejin.