Sewwieq ta’ mutur ta’ 24 sena li jgħix San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi wara inċident tat-traffiku fin-Naxxar.
Il-każ seħħ dalgħodu fit-8:15 fi Triq is-Salina, in-Naxxar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post immedjatament marru l-Pulizija, li mill-ewwel stħarriġ irriżulta seħħet ħabta bejn mutur u karozza. Din tal-aħħar kienet misjuqa minn mara ta’ 32 sena mill-Fgura.
Fuq il-post ukoll mar tim mediku, li ħa r-raġel l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.