Sewwieq ta’ mutur jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Luqa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.55 ta’ dalgħodu fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa direzzjoni lejn Triq Garibaldi. It-triq kienet magħluqa għat-traffiku għal xi ħin.
Is-sewwieq, raġel ta’ 28 sena miż-Żurrieq, għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur tal-għamla Honda GLR bil-konsegwenza li waqa’.
ONE News jinsab informat illi huwa ngħata l-ewwel għajuna minn infermiera li nzertat kienet għaddeja miż-żona fil-ħin tal-inċident.
Tim mediku ħa lill-vittma l-Ipstar Mater Dei għal aktar kura, il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.