Raġel ta’ 35 sena minn Tas-Sliema ttieħed l-isptar għall-kura wara li għall-11.15 ta’ dalgħodu kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq it-Torri Tas-Sliema.
Mill-istħarriġ tal-Pulizija jidher li r-raġel li kien qed isuq mutur Keeway Vieste meta kellu inċident ma’ vann ta’ tip Citroen Berlingo misjuq minn raġel ta’ 31 sena minn Birżebbuġa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ta l-ewwel għajnuna.
Il-kundizzjoni tas-sewwieq tal-mutur għadha mhix magħrufa.