Sewwieq ta’ mutur, raġel ta’ 34 sena residenti l-Fgura, ittieħed l-isptar wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Marsa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-16:20 fi triq Sir Paul Boffa Avenue fil-Marsa.
L-inċident seħħ meta s-sewwieq tal-mutur tat-tip Kawasaki kellu impatt ma’ vettura tat-tip Toyota Dyna, misjuqa minn raġel ta’ 39 sena residenti Bormla. Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
Il-kundizzjoni tas-sewwieq għadha mhux magħrufa.
Ritratt: Il-post fejn seħħ l-inċident