Sirjan ta’ 24 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident b’mutur.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija fi Triq Mikiel Anton Vassalli direzzjoni lejn San Ġiljan meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn karozza tal-għamla Volvo XC40 misjuqa minn raġel ta’ 63 sena minn Santa Venera u mutur tal-għamla Honda CB500XA misjuq mir-raġel Sirjan ta’ 24 u li joqgħod San Ġwann.
Kawża ta’ dan l-inċident mutur ieħor tal-għamla Honda NV400CP misjuq minn raġel ta’ 36 sena minn San Ġwann tilef il-kontroll u waqa’ minħabba li ma rax il-mutur lieħor fl-art.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 24 sena l-isptar għal aktar kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
Fuq il-post assistew ukoll tim mediku flimkien ma’ ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li naddfu ż-żejt li nxtered fit-triq.