Libjan ta’ tmienja u għoxrin sena li joqgħod iż-Żebbuġ Għawdex tilef ħajtu wara li ħabat bil-mutur li kien qed isuq, ma’ double decker li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ wieħed u sittin sena minn Santa Luċija.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa nieqes kwart fi Triq ir-Rabat fin-Nadur Għawdex.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura meħtieġa.
Sfortunatament, il-vittma tilef ħajtu ftit tal-ħin wara.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Bridgette Sultana li ħatret inkjesta filwaqt li għaddejjin l-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett ta’ Għawdex.