Raġel ta’ 64 sena li joqgħod ix-Xagħra Għawdex tilef ħajtu traġikament wara li kellu inċident bil-mutur.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-tmienja u nofsta’ filgħaxija Triq Marsalforn, iż-Żebbuġ, Għawdex.
Pulizija li kienu fuq ronda fil-ħin tal-inċident lemħu raġel mal-art u mmedjatament bdew ituħ l-assistenza.
Minn investigazzjonijiet preliminari rrizulta li r-raġel kien qed isuq mutur Yamaha u għal xi raġuni kellu mpatt ma’ arblu.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku iżda sfortunatament huwa ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara fuq il-post.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Brigitte Sultana li ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward dan il-każ għadhom għaddejjin.