Ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħdax ta’ bil-lejl seħħ inċident tattraffiku fi Triq it-Torri, f’Tas-Sliema.
Il-ħabta seħħet bejn karozza tal-għamla Isuzu D-Max misjuqa minn Sirjan ta’ 29 sena residenti Marsaskala, u mutur Piaggio Vespa li kien misjuq minn Maċedonjan ta’ 32 sena.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, iżda sfortunatament kien ċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Maċedonjan ieħor ta’ 33 sena, residenti San Ġwann li kien passiġġier fuq il-mutur sofra ġrieħi gravi.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Rachel Montebello LL.D li ħatret inkjesta, filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.