Alex Borg, sewwieq ta’ mutur ta’ 38 sena minn San Ġwann tilef ħajtu traġikament f’Jum il-Għid ftit wara nofsinhar fil-bypass tal-Imrieħel.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-12:15, fil-bypass tal-Imrieħel direzzjoni lejn il-Marsa, f’Ħal Qormi. Il-każ seħħ meta mutur tat-tip Suzuki GSX misjuq mir-raġel li joqgħod San Ġwann ħabat ma’ karozza tat-tip Toyota Aygo misjuqa minn mara ta’ 26 sena li toqgħod Tas-Sliema.
Fuq il-post marru l-Pulizija u t-tim mediku sabiex jagħtu l-ewwel għajnuna, iżda sfortunatament ir-raġel tilef ħajtu fuq il-post.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Josette Demicoli, li ordnat li ssir inkjesta fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin u qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.
https://www.one.com.mt/2020/04/12/alex-borg-huwa-r-ragel-li-tilef-hajtu-tragikament-bil-mutur-fhal-qormi/