Sewwieq ta’ mutur tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku llejla f’San Ġiljan.
Il-pulizija qalet li fil-ħamsa u kwart ta’ filgħaxija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-għajnuna fi Triq Mikiel Anton Vassalli.
Mill-ewwel investigazzjonijiet, Serb ta’ tlieta u ħamsin sena li joqgħod Birkirkara tilef il-kontroll tal-mutur waqt li qed isuq u waqa’ minn fuq il-mutur.
Il-vittma ngħata l-għajnuna fuq il-post minn tim mediku u ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Marseanne Farrugia ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.