Għall-ħabta tas-13.00 sewwieq ta’ mutur ta’ 49 sena residenti x-Xgħajra weġġa’ f’inċident fit-triq Royal Malta Artillery f’Ħal Qormi direzzjoni lejn il-Marsa. Il-mutur li kien qed isuq is-sewwieq huwa tat-tip MV Augusta.
Jidher li għal xi raġuni s-sewwieq spiċċa f’gandott.
Fuq il-post ssejħu l-pulizija kif ukoll l-assistenza medika mill-Isptar Mater Dei li ħadu lis-sewwieq. Is-sewwieq qed isofri minn ġrieħi gravi.
Aktar dettalji mal-ħin.