Raġel ta’ 25 sena minn San Pawl il-Baħar, jinsab fil-periklu tal-mewt, wara li ħabat bil-mutur tal-għamla SYM Symphony ma’ karozza tat-tip Toyota Yaris li kienet qed tinstaq minn tfajla ta’ 22 sena minn Marsaxlokk.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:30 tal-bieraħ filgħaxija fi Triq il-Merluzz, il-Qawra.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna tat-tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Donatella Frendo Dimech.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.