Raġel mill-Pakistan jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’ħabta bejn mutur u karozza f’Ħal Lija. L-inċident seħħ fis-7.00pm tas-Sibt fi Triq il-Kbira meta Mitsubishi misjuqa minn Naxxari ta’ 25 sena ħabtet ml-mutur li kien qed isuq il-vittma.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn
iktar tard ġie iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji. Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.