Raġel ta’ 26 sena miż-Żurrieq, indarab gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u waqa’.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2:00 ta’ dalgħodu, fi Triq l-Imdina f’Ħaż-Żebbuġ.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.