Raġel ta’ 38 sena li joqgħod Ħal Balzan indarab gravi wara li waqa’ minn fuq il-mutur li kien qed isuq.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7:45pm tat-Tlieta fi Triq Ħal Far, meta għal xi raġuni, ir-raġel tilef il-kontroll tal-mutur Kawasaki li kien qiegħed isuq u waqa’.
Hu ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed b’ambulanza l-isptar, fejn ġie ċċertifikat li ndarab gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.