Raġel ta’ 29 sena ndarab gravi wara li tilef kontroll tal-mutur f’San Ġwann.
L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tal-11:00 fi Vjal ir-Riħan, f’San Ġwann.Il-Pulizija marru mmedjatament fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 29 sena, residenti Ħal Qormi, għal xi raġuni tilef il-kontrol tal-mutur Yamaha T-Max li kien qed isuq u nqaleb.
Fuq il-post issejħet ambulanza biex tieħu lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iżjed tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.