Sewwieq ta’ mutur indarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’San Pawl il-Baħar.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-11:30 ta’ billejl fi Triq Il-Korp tal-Pijunieri.
Il-Pulizija marret fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li raġel ta’ 47 sena residenti San Pawl il-Baħar, tilef il-kontroll tal-mutur Harley Davidson li kien qiegħed isuq u nqaleb.
Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.