Raġel min-Nepal ta’ 30 sena li joqgħod il-Pietà, indarab gravi wara ħabat bil-mutur li kien qed isuq ma’ karozza tal-għamla Ford Focus, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 45 sena.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:00 tal-bieraħ filgħaxija, fi Triq il-Qalb ta’ Ġesù, Raħal il-Ġdid.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.