Sewwieq ta’ mutur ta’ 31 sena mir-Rabat Għawdex, indarab gravi wara li ħabat bil-mutur ma’ karozza tal-għamla Renault Megane, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 53 sena mill-Fontana.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-12:15pm, fi Triq il-Rabat f’Marsalforn.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.